It-tenur Malti Cliff Zammit Stevens għadu kif tella’ vidjow, tiegħu flimkien ma’ Ira Losco jkantaw il-kanzunetta ‘Caruso’. Din il-prestazzjoni eċċezzjonali ngħatat waqt il-kunċert ta’ għeluq l-għaxar snin anniversarju ta’ Cliff, fejn kienu akkumpanjati mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

View this post on Instagram

A post shared by Cliff Zammit Stevens (@czammitstevens) on

F’din il-post Cliff informana wkoll li sfortunatament din is-sena mhuwiex se jorganizza kunċert bħalma jagħmel kull sena. Iħoss li wara għaxar snin għandu bżonn jieħu pawsa sabiex jistrieħ. Jgħid li se jagħmel dan biex ’il quddiem narawh b’avveniment aqwa u aħjar. Aħna m’għandna l-ebda dubju mit-talent kbir li għandu dan il-kantant!

Fl-aħħar tal-post, Cliff irringrazzja lil dawk in-nies kollha li ssapportjawh tul il-karriera tiegħu. It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jawgura lil Cliff Zammit Stevens għal aktar suċċessi fil-karriera tiegħu!

Instagram /@czammitstevens


Yasmin Camilleri