Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Claudio Grech ħabbar l-mewta ta' Ġanni. Ġanni kien maħbub minn ħafna u ħafna nies u jixhdu dan l-ammont ta' kummenti li Claudio rċieva fuq il-paġna tiegħu.

Kienu ħafna nies li tennew mill-ġdid dak li kiteb Claudio Grech u ħafna għaddew il-kondoljanzi lill-familjari u ħbieb ta' Ġanni. Claudio kiteb, "Għadu kif ħalliena ħabib u ġentlom li warajh ser iħalli vojt kbir. Strieħ fis-sliem Ġanni."

Aħna f'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna u nsellmu l-memorja għażiża ta' Ġanni. Strieħ fis-sliem.


Emil Calleja Bayliss