Marica Mizzi għada kif iżżewġet lill-maħbub tagħha Joe Cassar.

Forsi tafuha minn Santa Monika, Ipokriti jew One Star Hotel, tlieta mill-akbar sensiliet tad-drama li ħadmet fihom Marica. Jew forsi tafuha minn xi programm li ppreżentat fil-karriera tagħha.

Matul is-snin Marica saret wiċċ sinonimu wkoll mal-għaqda Caritas, u ftit tas-snin ilu kienet taħdem ukoll fl-uffiċju tal-President ma’ Dr.George Abela.

Ir-raġel ta’ Marica mhux wiċċ ġdid għall-midja, speċifikament dik ġurnalistika, hekk kif Joe huwa l-editur tal-ġurnal In-Nazzjon.

Awguri Marica u Joe!


Luke Borg