Omm Maltija li kienet waqt ħarġa mal-familja ġo ristorant, kellha esperjenza xejn sabiħa li xtaqet taqsam fuq Facebook. Hi u żewġha ġew trattati b'mod mill-agħar minn raġel li inserta kien ġenitur ukoll! Milli jidher ilmenta bl-iktar mod disrispettabbli u insensittiv minħabba binhom.

"Dalgħodu jien u r-raġel tiegħi konna f’kafetterija, barra fuq l-aħħar mejda, mat-tifel tagħna li għandu l-awtiżmu. [it-tifel] beda jilgħab bit-tablet u jagħmel ħsejjes li ssoltu jagħmel meta jifraħ. Ħames imwejjed 'il bogħod minna poġġa raġel b’tifla żgħira ta’ xi tlett snin, li xħin fettillu beda jgħajjat All this noise make more noise!!"

"Ħarist u nsib lil dan ir-raġel li ma kienx Malti, ixejjer idu jgerger u jgħajjat biex insikket lil ibni. Kien hemm mal-għoxrin mejda oħra vojta 'l bogħod minn fejn konna aħna, seta' faċilment qam u mar fuq mejda aktar 'il bogħod! (Aħna b’hekk noqagħdu fit-tarf tal-kafetterija) Imma le ried mingħalih jilgħabha tal-hero, jien qomt bl-edukazzjoni kollha u għidtlu 'ibni għandu l-awtiżmu, taf x’jigifieri', u dan qalli 'ma jinteressanix x’għandu ibnek, sikktu!' "

"Min jaf kemm hawn ġenituri li ma joħorġux ma' uliedhom li għandhom l-awtiżmu, forsi għax jiddejjqu min-nies għax iħarsu lejhom, mbagħad issib xi ċuċ bħal dan ikompli jwaddbek mitt sena lura. Nirringrazzja l'alla li jien nies bħal dawn ma jaffettwawnix, imma seta' kien ħaddieħor."

Għaliex għad hawn min hu daqshekk bla rispett u insensittiv? Solidarjetà ma' din il-familja.


Gwida.mt