Kulħadd jaf kemm Bjorn Formosa jagħmel xogħol sabiex il-pazjenti li jbagħtu mill-marda tal-ALS ikunu jistgħu jgħixu ħajja aktar komda.

Issa wieħed se jkun jista’ jara aktar x’ġara u l-proċess tal-bini ta’ DAR Bjorn, il-post li ġie mibni grazzi għall-qalb tajba tal-poplu Malti wara s-somma sabiħa li kienet inġabret waqt maratona għall-ġbir ta’ fondi. Ilbieraħ u aktar kmieni llum 89.7 Bay għamlu maratona fejn baqgħu jxandru fuq l-istazzjon tar-radju bil-għan li jiġbru d-donazzjonijiet b’risq DAR Bjorn.

Illejla fid-21:00 fuq TVM ser jintwera dokumentarju bl-isem ta’ ‘Ġennata’, fejn naturalment, se jitkellem Bjorn stess u ser jagħtu l-kummenti tagħhom diversi persuni oħra, fosthom xi ħaddiema ta’ DAR Bjorn. Imbagħad għada se ssir maratona oħra ta’ ġbir ta’ fondi b’risq DAR Bjorn.


Henzley  Bezzina