Norbert Bondin se jkun qed jirritorna għax-xena lokali. Hu ħa jipparteċipa fil-festival Mużika Mużika f’Marzu li ġej. Norbert tkellem ma’ Gwida.mt dwar l-esperjenza tiegħu kemm qabel il-parteċipazzjoni kif ukoll dak li hemm qed jitħejja.

Norbert kellimna dwar dak li wasslu biex jesprimi ruħu mużikalment proprju bl-ilsien Malti. “Huwa festival fejn nista’ nesprimi ruħi bil-Malti, li ma tantx kelli ħafna opportunitajiet inkanta bil-Malti.” Jispjega kif ġieli kellu xi programmi lokali li kanta bil-Malti.

“Meta kont ngħix barra minn Malta qisni dejjem kont nesprimi ruħi bl-Ingliż allura qisu daħlet fija li nikteb u inkanta iktar bl-Ingliż. Grazzi għal Festivals Malta, ħerqan ħafna biex inkanta lill-poplu Malti.” Qalilna wkoll x’jaħseb dwar l-element ta’ kompetizzjoni bħal Mużika Mużika.

gf

“Kompetizzjoni qiegħda hemm biex inti bħala artist u persuna tikber, tiltaqa’ ma' nies fix-xena tal-mużika u barra minn hekk tesperjenzi tkanta fuq palk.”  Il-kantant jispjega kif minkejja forsi ma tantx rajnieh fix-xena dal-aħħar, il-ħidma u l-passjoni kompliet tissaħħaħ.

“Huwa verament li wara X Factor naqqast ftit mix-xena tal-mużika, però l-kant ma waqafx. Kull ġimgha nipprattika l-vuċi. Nipprova mill-aħjar insib ħin immur l-istudjo biex nibni kanzunetti oriġinali ġodda.” X’jiġbed lil Norbert bħala artisti biex jinterpreta kanzunetta?

“Jiena persuni li nħobb nuri l-emozzjonijiet tiegħi, allura jekk kanzunetta ma nħosshiex, ma nkantahiex. Jekk il-kliem, il-mużika u l-kant ma jiġux minn qalbi, nippreferi ma nagħmel xejn.”  Norbert kellimna wkoll dwar il-kompożitur li tant jaħdem miegħu, Peter Borg. 

Fil-fatt ilhom jaħdmu flimkien għal dawn l-aħħar ħames snin, u jiddeskrivih bħala persuna professjonali immens li dejjem emmen fih. Dejjem qablu flimkien fl-ideat u d-deċiżjonijiet? “Nifhmu ħafna lil xulxin u dejjem qegħdin fl-istess ispirazzjoni biex niktbu l-mużika."

 gh

Tant kemm naqblu li kollox joħrog naturali.” Staqsjena wkoll lil Norbert rigward il-lirika tal-kanzunetta tiegħu li kiteb hu stess. “Nemmen li kantant jkanta l-aħjar meta jikteb il-kanzunetta hu. Dan għaliex il-kanzunetta tinħass aħjar u tkun iktar mill-qalb.

Għal Dejjem li hi kanzunetta pjuttost personali ħafna għalija. Kienet esperjenza sabiħa għalija għax kienet l-ewwel darba li ktibt bil-Malti." "Ghal Dejjem ġiet ispirata mill-kuġin tiegħi Matthew Caruana li kellu aċċident bil-mutur u m’għadux magħna."

Norbert jispiċċa bil-kliem, "Allura, għandna napprezzaw lill-maħbubin tagħna, dawk li għadom magħna u dawk li m’għadhomx, Għal Dejjem."

Dan l-artiklu ġie miġjub lilkom b'kollaborazzjoni ma' Festivals Malta. 


Kyle Zarb