l-attriċi Lara Azzopardi ftit ilu saret omm, għat-tifla li semmewha Zara. F’intervista, hi tkellmet fuq l-isfidi u l-mumenti sbieħ li ġġib magħha tarbija ġdida. Fosthom, tkellmet dwar kif tqassam il-ħin u tipprova ssib bilanċ, minkejja li jkollok persuna tiddependi minnek kull ħin tal-ġurnata.

Il-messaġġ li għandha Lara għall-ommijiet hija li l-prijoritajiet iridu jinbidlu meta ssir omm, u t-tarbija trid tiġi l-ewwel u qabel kollox. F’dawn il-ftit ġimgħat illi ilha omm, indunat ukoll bl-imħabba kbira li t-trabi iġibu fid-dinja.


Nicole Zammit