Waqt AWLA tal-bieraħ rajna daqsxejn ta' bidla fl-irwoli fit-tim. Dan hekk kif Joseph Agius preżenta l-programm, li trattaw il-festi Maltin. Luke Dalli bla dubju wera fiduċja assoluta f'Joseph u ta' dan hu grat immens.

"Għal kollox hemm l-ewwel darba. Grazzi Luke li ċedejtli biċċa. Grazzi li għal ġimgħa oħra segwejtu Awla," jikteb Joseph. Normalment lil Joseph narawh jgħidilna l-fatti dwar is-suġġett li jkunu qed jiddiskutu. Għal-bieraħ Luke ħa dak l-irwol.

Prosit Joseph u nawgurawlek aktar esperjenzi sbieħ


Kyle Zarb