Fil-jum tas-semi-finali, ħafna nies qed jgħaddu l-awguri tagħhom lil Destiny u ma setax jonqos milli Bjorn iħalli l-messaġġ tiegħu lil Destiny. Kien proprju fis-sena 2015 li Bjorna skopra li għandu l-ALS, l-istess sena li Destiny rebħet il-Junior Eurovision.

Hu jikteb, "Fl-istess sena fejn skoprejt li għandi l-ALS, kien hemm kantanta li serqet qalb kulħadd meta rebħet il-Junior Eurovision. Proprju 6 snin ilu, Destiny għamlitha b'Not My Soul. Illum 6 snin wara Destiny ser tkun qed tirrapreżenta lil Malta għat-2 darba, din id-darba fuq skala ikbar, b' Je Me Casse."

Bjorn itemm bil-kliem, "Awguri Destiny Chukunyere, Awguri Malta."

Facebook / Bjorn Formosa


Emil Calleja Bayliss