L-attur Pierce Brosnan għadu kif ġie ikkonfermat bħala wieħed mill-atturi għall-film ġdid ta' Netflix, kummiedja ibbażata dwar il-Eurovision Song Contest. Żewġ atturi oħra li ħa naraw f'dan il-film huma Rachel McAdams u Will Ferrell.

View this post on Instagram

A post shared by Pierce Brosnan (@piercebrosnanofficial) on

Jidher li Will Ferrell, qed jikteb dan il-film flimkien ma' Andrew Steele li ħa ħsieb Saturday Night Live. Għalkemm ma tantx għad hemm informazzjoni dwar dan il-film, jidher li McAdams u Ferrell ħa jkunu mill-Islanda.

View this post on Instagram

A post shared by 📞 (050) 888 77 97 (@courtbaku_) on

Ix-xnigħat huma li l-koppja ħa jkunu qed jiġġieldu sabiex jirbħu din il-kompetizzjoni. L-Island qatt ma rebħu l-Eurovision Song Contest, ilhom jikkompetu f'dan il-festival mill-1986 u waslu sat-tieni post darbtejn, fl-1999 u fl-2009! Toqgħod tgħid qishom Malta dawn!

View this post on Instagram

A post shared by Eurovision Song Contest (@eurovision) on

Min jaf kif l-għażla waqgħet fuq l-Islanda u mhux pajjiżna? Forsi għax aħna nieħdu l-affarijiet wisq bis-serjetà. Insomma... hemm ħafna għidut ta' xi rwol ħa jkollu Pierce Brosnan, ħafna qed jaħsbu li forsi jista' jieħu l-irwol ta' Johnny Logan, li rebaħ il-Eurovision tliet darbiet!

View this post on Instagram

A post shared by Rachel McAdams (@rachelmcadams1) on

Fatt kurjuż li Rachel McAdams żaret il-Eurovision Song Contest ta' din is-sena ġewwa Israel, filwaqt li Will Ferrell żar dak li sar ġewwa l-Portugall. Il-ġbid ta' dan il-film beda dil-ġimgħa ġewwa Londra u mistenni jimxi wkoll għal ġewwa l-Islanda u l-Iżrael.

Aħna nimmaġinaw li la hemm film dwar il-Eurovision Song Contest, b'xi mod jew ieħor ħa tissemma' u tidher Malta? X'taħsbu?


Emil Calleja Bayliss