Hekk kif proprju llum qed niċċelebraw l-avveniment reliġjuż tal-Ġimgħa l-Kbira, huwa għalkollox projbit li wieħed jippratika ż-żfin fil-Ġermanja.

Tant hu hekk, li postijiet ta' divertiment fosthom clubs u discos, huma kostretti jżommu l-bibien magħluqin, inkella jissograw jeħlu multa li tista' tammonta għal €1,000.

Din il-liġi ilha tiġi osservata snin twal mill-poplu Ġermaniż, b'turija ta' rispett lejn il-passjoni ta' Ġesù Kristu.

Minkejja t-tnaqqis globali fit-twemmin reliġjuż, madankollu l-poplu Ġermaniż fil-maġġoranza tiegħu għadu leali lejn ir-reliġjon Kristjan. Fil-fatt, aktar minn żewġ terzi jisħqu li għadhom jemmnu.

Taħsbu li għandna ngħaddu liġijiet simili f'Malta?


Cristian Tonna