Kif jixhdu dawn ir-ritratti, ftit sigħat ilu, il-professjonisti u d-dilettanti li jaħdmu n-nar kienu għaddejjin bl-aħħar preparamenti għall-ispettaklu tal-lejla li se jsir fl-Imqabba.

Illum huwa t-tielet jum mill-festival internazzjonali tal-logħob tan-nar li qed isir f'diversi nħawi f'pajjiżna.

Dan l-ispettaklu jista' jkun apprezzat minn Triq il-Konvoj ta' Santa Marija fl-Imqabba fejn il-pubbliku ser igawdi minn żewġ wirjiet kompettitivi piro-mużikali flimkien ma' wirjiet tradizzjonali li se jsiru minn fabbriki tan-nar differenti.

Awguri lill-parteċipanti!

Ritratt: Facebook/ VisitMalta Events


Clifford Galea