Il-famuża mixja tal-Ġimgħa l-Kbira għal Puttinu reġgħet magħna. Ħafna jinsabu lesti biex jingħaqdu mal-folla u flimkien jissapportjaw il-missjoni sabiħa ta' Puttinu.

Il-paġna ta' Puttinu Cares fakkret lill-pubbliku dwar xi dettalji importanti għal dan l-avveniment tant mistenni. Il-mixja tibda f'nofsillejl u hija twila madwar 20km, mill-Mellieħa sal-Fosos tal-Furjana. Jekk għal xi raġuni, persuna ma tħossx li tista' tkompli l-mixja, m'għandhiex għalfejn tinkwieta, għax se jkunu pprovduti l-Minibuses u l-Coaches u xħin jimtlew, jieħdu l-passiġġieri direttament il-Furjana. 

Il-paġna avżat lil dawk li se jieħdu sehem fil-mixja li s-servizz ta' trasport imsemmi hawn fuq huwa bla ħlas. "Kellna każijiet fejn minibuses li mhumiex assoċjati magħna kienu qed jiġbru parteċipanti li jieqfu u jitolbuhom ħlas. Dawn MHUMIEX sewwieqa tagħna."

Jekk ser tattendu, ħudu ħsieb! Tinsewx li ser tkunu qed tagħmlu differenza f'ħajjet ħafna oħrajn. 


Marija Bellia