Ħafna Maltin u Għawdxin jafu lil Fabian Scerri de Carlo mill-karattru tal-Avukat Gawdenz Bilocca, fejn ftit snin ilu, ħafna tfal kienu jimitaw id-daħka ta’ dan il-karattru komiku.

Oħrajn jafuh bħala l-kappillan fis-serje ‘Simpatiċi’, il-Foqri f’‘Il-Kristu tal-Kerrejja’, Albert f’‘Ipokriti’ u l-lista ma tiqafx!

U issa f’hiex se jieħu sehem? Din id-darba se jkun qed jinterpreta l-karattru ta’ Grezzju, missier tal-familja bi problema kbira tax-xorb, fis-serje ġdid Nostalġija. Nostalġija se jibda mit-Tnejn 29 ta’ Marzu 2021 u se jkun qed jixxandar fuq TVM.

Il-paġna ta’ Nostalġija żvelat li “bħas-soltu il-karattru qaxxru.” Int ħerqan/a biex tara lil Fabian jinterpreta dan il-karattru? 

Facebook/Fabian Scerri De Carlo


Nicole Barbara