Il-viċi sindku Ray Azzopardi kellu xewqat sbieħ speċjali x'jgħaddi lil persuna importanti f'ħajtu. Fil-fatt martu llum qed tiċċelebra għeluq sninha.

"Charlene, jidher li kulħadd jaf li xjaħt sena akbar. Pero f'għajnejja, int eżattament għadek kif kont meta ltqajt miegħek għall-ewwel darba - SABIĦA ĦAFNA . Nawguralek dak kollu li tixtieq qalbek mhux illum biss, imma tul ħajtek kollha."

Xerred anke żewġ ritratti mill-isbaħ tagħhom flimkien. Awguri mill-qalb!


Kyle Zarb