Illejla l-ewwel episodju tad-drama F'Ġieħ L-Imħabba li ħa tibda tixxandar fuq TVM. Grazzi għat-tim tal-produzzjoni, għandna xena esklussiva għal qarrejja ta' Gwida.mt biex nieħdu daqsxejn tomgħa ta' x'għandna nistennew li naraw illejla.

Din id-drama diġà qed tqajjem interess u ċertament kif l-istorja tibda tiżvolġi dak li jkun ħa jkun qed jistenna minn ġimgħa għal ġimgħa biex jara x'ħa jiġri. L-imħabba l-isbaħ xi ħaġa li wieħed jista' jesperjenza imma taf tweġġa' wkoll. X'għandna nistennew? 

Facebook / F'Ġieħ L-Imħabba


Emil Calleja Bayliss