Sorsi qrib Gwida.mt żvelaw magħna li l-parteċipanti kollha ta' X Factor Malta ġew mgħajta għal laqgħa mat-tim tal-produzzjoni! Dak li ħa jiġi diskuss f'dan l-istadju għadu mhux magħruf imma aħna nżommukom aġġornati jekk niskopru xi ħaġa!

L-aħbarijiet li għaddejjin fuq il-midja soċjali u dak li qalu l-ġurija permezz tal-profili hu paġni tagħhom jista' jkun fattur ta' dan kollu! Mhux magħruf jekk il-ġurija hux ħa jkunu preżenti għal din il-laqgħa wkoll!

Wieħed jassumi li bħala mentors tal-parteċipanti ħa jkunu hemm ukoll! Hi ħasra li f'kompetizzjoni li suppost qed tiċċelebra t-talent lokali qed jinqalgħu daqstant battibekki! Nistennew u naraw jekk hux ħa tiġi kkomunikata xi deċiżjoni minn naħa tat-tim tal-produzzjoni!

Facebook / X Factor Malta


Gwida.mt