Min hu Hector Bruno lil hinn mill-ħajja pubblika tiegħu?

Lil hinn mill-ħajja pubblika, jien nagħmel u għamilt ħafna affarijiet oħra minbarra l-palk. Hector huwa persuna li jħobb ħafna l-kumpanija tiegħu stess u bħal kulħadd jagħmel dak kollu ji jagħmel ħaddieħor: jaħdem biex igħix; iħobb isajjar; jixrob xi tazza nbid tajba u kultant ftit aktar ukoll!

Inħobb ħafna 'l ommi u 'l missieri u mmur inżurhom ta spiss, lil missieri fiċ-ċimiterju u 'l ommi fid-dar tal-anzjani.

hector mum

Facebook / Hector Bruno

Inħobb lil ħuti u nadura lil uliedhom u ulied uliedhom. Bħala ħbieb ta' ġewwa ftit li xejn għandi., imma apparti minn hekk inħobb ħafna l-festa u l-Parroċċa ta' San Pawl fil-Belt Valletta.

Ovvjament ma nistax ma nkunx partitarju kbir ta' Valletta FC!

hector valletta

Facebook / Hector Bruno

Bħala karattru, għalkemm diffiċli tikkonvinċini mod ieħor jekk naħseb li għandi raġun, dejjem miftuh għal fehmiet ta' ħaddieħor u nieħu pjaċir ngħin lil kull min jitlobni biex jilħaq l-għanijiet fil-ħajja tiegħu.

Min ispirak biex tibda l-ħajja ta' attur?

Kien propju abbati ta' ftit snin fil-Knisja ta' Ġieżu ġol-Belt Valletta. Jien twelidt f'dawk in-naħat u għadni ngħix sa llum. Kien hemm ukoll Patri Mark Enriquez u Patri Norbert Ellul Vincenti li dejjem emmnu fija u kienu jgħiduli li jien "kapaċi" nkun karattru ieħor fuq il-palk.

F'nofs is-snin sittin u l-bidu tas-sebgħinijiet kienu nvolvewni f'diversi xogħlijiet teatrali u jidhirli li fl-1970 kont irbaħt il-premju għall-aħjar attur f'festival Nazzjonali tad-drama għat-tfal fit-Teatru Manoel.

hector

Facebook / Hector Bruno

Xi tgħidli fuq ir-ritorn tiegħek fuq il-palk dax-xahar?

Qed inħares il-quddiem bil-ħerqa għax-xow Just Musicals 7 u nirringrazzja mill-qalb lill-Kumpanija Teatru Rjal talli se jerġa' jkolli l-opportunita' nikkomunika ma' l-udjenzi li tant inħobb, u li għalkemm mhux aġli u tempestiv bħal qabel, nittama li jirnexxieli nnissel xi tbissima jew tnejn.

just musicals

Facebook / Kumpanija Teatru Rjal

U fl-aħħar nett, xi ħaġa kurjuza li tixtieq taqsam magħna. 

L-aktar ħaġa li ddejjaqni f'ħajti (u kieku nista' anke gwerra ċivili nqajjem dwarha!), hi meta xi ħadd jgħid jew jistaqsi l-ovvju:

Tkun f'cafeteria u jiġi xi ħadd jistaqsik ġejtx tieħu kafe'; "Le, ġejt naqta' pezza drapp!"

Jew' taqa', tikser idejk, jinkisirlek in-nuċċali u bid-demm f'widnejk u min ikun ħdejk isaqsik weġġgħajtx!

Jew tasal id-dar u ommok tistaqsik: "Wasalt?"

Facebook / Hector Bruno


Neville Refalo