Minn Amici, Emma Muscat saret wiċċ popolari kemm mal-Maltin u anke mat-Taljani. B'eluf ta' segwaċi jistennew dak li l-kantanta Maltija ħa tkun qed tagħmel fil-jiem li ġejjin, illum proprju f'għeluq sinha hi kompliet tinki dwar dak li hemm imħejji.

Ritratt: Facebook / Emma Muscat

Emma llum għalqet 20 sena u jidher li fil-viċin ħa tkun qed tniedi xi ħaġa. Mhux magħruf jekk hiex parti minn xi kampanja jew jekk hux ħa tkun qed tniedi xi kanzunetta ġdida li żgur li tinżel għasel mas-segwaċi tagħha.

Hi qalet biss, li sal-aħħar tas-sena ħa jkun hemm aktar aħbarijiet minn naħa tagħha. Aħna sadanitant, nawguraw lil Emma l-isbaħ xewqat f'dan il-jum għażiż għaliha.

Facebook / Emma Muscat


Emil Calleja Bayliss