It-talent taċ-ċkejkna Ema, mhux talli seraq l-attenzjoni tal-ġurija ta' X Factor u tal-Maltin u l-Għawdxin imma seraq ukoll l-attenzjoni ta' X Factor Global fejn għadhom kif xeħtu l-audition tagħha fuq il-paġna tagħhom.

Howard ikkumenta li ma jafx kemm-il darba kien hemm auditions ta' kantanti lokali li spiċċaw fuq X Factor Global. Hu jgħid li hu ta' sodisfazzjon kbir li jkun ta' gwida għal dawn il-kantanti sabiex jaħdmu bl-aqwa mod u jirnexxu f'din l-industrija.

Hu jgħid: "Il-mużika hija vjaġġ, tibżgħux, uru rispett u tkunux prevedibbli." Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Ema aktar u aktar suċċess, ċertament li jixraqilha dan u aktar.


Emil Calleja Bayliss