Kmieni dalgħodu Eliana Gomez Blanco kellha l-ewwel prova fuq il-palk tal-Junior Eurovision ġewwa l-Polonja. Fuq is-sit uffiċjali tal-Junior Eurovision ħarġu xi ritratti minn din il-prova. Ta' min wieħed jgħid li l-ewwel prova kienet magħluqa għal ġurnalisti.

Ritratt: JuniorEurovision.tv

Dan sar biex kull pajjiż jieħu ħsieb jirranġa dak li jkun jixtieq qabel il-provi jiftħu għal ġurnalisti preżenti ġewwa Gliwice l-Polonja. Mill-ftit ritratti jidher li Malta ħa jkollha xi kliem fil-grafika u anke hemm siġra tidher... ovvjament dawn huma kollha suġġetti li jinbidlu.

Ritratt: JuniorEurovision.tv

Eliana ħa tkun qed tkanta We Are More, fit-tmien pożizzjoni fl-ispettaklu tal-Ħadd li ġej. Il-mistoqsija tqum weħidha, fir-ritratt Eliana tidher b'tibdila interessanti u nerġgħu narawha bil-kappell li sar sinonimu magħha. Tgħid din hi t-tibdila finali li ħa tkun liebsa l-kantanta Maltija nhar il-Ħadd. X'taħsbu?

Ritratt: JuniorEurovision.tv

Hawn tistgħu taraw parti żgħira mill-ewwel prova ta' Eliana ġewwa l-arena. Wieħed jista' jara li kellha prova mill-aqwa u ovvjament nistennew li titjieb u ssir aktar kunfidenti ma' kull prova sabiex nhar il-Ħadd tilħaq il-quċċata.

JuniorEurovision.tv


Emil Calleja Bayliss