Ftit tas-siegħat ilu, fuq il-paġna ta’ Vibe FM ġie mxerred rekording tal-bombshell il-ġdid ta' Love Island Malta li se jiġi żvelat illejla.

Dan il-bombshell qal li hu jogħġbuh tfajliet b’dehra mediterranja. Eżatt wara żvela li hu daħal f’Love Island Malta partikolarment għal Chelsea u Gabrielle, żewġ tfajliet li bħalissa jinsabu f’koppja, Chelsea ma’ Allen u Gabrielle ma’ Sven, u ż-żewġ koppji jinsabu salvi mill-eliminazzjoni.

Jekk dan il-bomshell se jimmira biex jingħaqad f’koppja ma’ waħda minn dawn iż-żewġ tfajliet diġà ma jidhirx li se jmur daqshekk tajjeb ma’ Sven u Allen minħabba li dawn it-tnejn jidhru li jridu jkomplu jissetiljaw mat-tfajliet tagħhom.

View this post on Instagram

A post shared by Vibe FM (@vibe887)

Facebook / Love Island Malta


Henzley  Bezzina