Id-Djoċesi t'Għawdex f'post fuq il-mezzi soċjali ħabbret, "B’effett mill-bieraħ it-Tnejn 15 ta’ April 2024, l-Isqof ta’ Għawdex Anton Teuma ħatar lil Dun Krystof Buttigieg, mill-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni u San Ġużepp, il-Qala, bħala Amministratur Parrokkjali tal-Parroċċa ta' San Pietru u San Pawl, in-Nadur."

Huma jżidu, "Iktar tard din is-sena, Dun Krystof jirċievi l-ħatra bħala t-tmien Arċipriet tan-Nadur, wara Mons. Jimmy Xerri, li kien ilu Ragħaj spiritwali ta’ din il-parroċċa sa mill-1 ta’ Frar 2010. Dun Krystof se jkun is-16-il Ragħaj spiritwali tal-Parroċċa tan-Nadur, li twaqqfet fit-28 ta’ April 1688 u saret Arċipretali fid-19 ta’ Diċembru 1893."

Nawgurawlu s-saħħa f'din il-ħidma.

Mario Muscat - Facebook / Nadur Għawdex


Emil Calleja Bayliss