Il-Ħadd li għadda żewġ żgħażagħ tellgħu xow spettakolari ġewwa Villa Maria, ir-Rabat. Ix-xow kien iġib l-isem ta' Androgyny. Andre DeBattista kellu f'idejh l-ewwel parti ta' dan l-ispettaklu, fejn nieda l-brand tiegħu DRE, li barra hi ispirata minn ismu tirrapreżenta l-kliem Defying Rules Everyday. Andre kien qed jagħmel id-debutt tiegħu!

Andre jemmen li meta tiġi għal din ix-xena, m'għandu qatt ikun hemm tikketti relatati ma' nisa jew irġiel, "kulħadd għandu jkun liberu li jilbes dak li jrid". Hu jaħdem fuq basktijiet u kif tistgħu taraw kemm hawn u kemm fil-paġna tiegħu... tara basket u tinsa' ta qablu. Hu jistqarr li "il-basktijiet tiegħi mhumiex speċifiċi għas-sess."

It-tieni parti ta' dan l-ispettaklu kienet fdata f'idejn Malcolm li kien qed jirritorna fix-xena wara waqfa qasira. Malcolm dejjem fittex li jkisser il-konfini tal-industrija tal-moda u ma jabbinaha mal-ebda sess. Fil-fatt hu sab bosta bibies magħluqa, inkluż it-teżi tiegħu li ma kinitx aċċettata għax ħafna affarijiet kien għadhom tabù.

Ritratt: Mark Soler - Facebook / MC Fashion

Ovvjament li dan qatt ma waqqfu, anzi l-kontra. Il-passjoni li jipproduċi kollezzjonijiet fuq livell lokali żdiedet. B'din il-kollezzjoni hu jixtieq li jolqot il-gosti ta' kulħadd u r-rispons li kellu kien wieħed pożittiv ferm. MC Fashion hu isem li żgur mhux forsi ħa tisimgħu aktar u aktar dwaru fiż-żmien qarib.

Aħna ta' Gwida.mt nawguraw dawn iż-żewġ żagħżagħ l-isbaħ xewqat u nħajru l-qarrejja tagħna sabiex ikomplu jsegwu l-avventura tagħhom fuq il-paġni tal-midja soċjali MC Fashion u DRE'.

Facebook / Malcolm Cremona


Emil Calleja Bayliss