Illum ta' Division 7 ħa jkunu qed jiċċelebraw xi ħaġa speċjali! Huma ħabbru dan fuq il-midja soċjali tagħhom fejn qalu, "Illejla niċċelebraw il-100 episodju ta' Division 7! Grazzi talli dejjem kontu konsistenti u tas-sapport tagħkom! Fadal biss għoxrin episodju wara tal-lum biex intemmu dan il-vjaġġ flimkien!"

Din mhux ħaġa li rajnieha spiss fuq it-televiżjoni tagħna, Division 7 jibqa' popolari fost diversi telespettaturi! X'ħa naraw illejla? Karl ħeles minn Miss Chew u Felic se jasal jeħles mic-Ċiċċa wkoll? Il-Brimbu kif tafu spiċċa maqful ġo ċella, u n-Niċċa issa jidher li għandu problemi ħafna akbar milli deher li se jkollu.

Dan kollu wara li Matthew Cachia u Robbie sabulu ħafna droga moħbija f’waħda mill-moħbiet tiegħu, u anke xi katavri fil-friża. Kif ser joħroġ minnha? Roderick qed jibża' għal ħajtu għax issa daħal f’wisq basal. Se jasal jikxef minn għand min jixtri s-sapun?

Dan u aktar illejla fuq Division 7! Se tarawh?


Emil Calleja Bayliss