il-kantanta Maria Luana mill-band tagħha Milkmi flimkien mal-kuġini ppubblikat prestazzjoni mill-aqwa għal dawn iż-żminijiet tal-kanzunetta Do They Know It's Christmas. Maria tkellmet dwar dan u l-ħsieb warajha.

df

"Il-Milied għall-familja tiegħi hi festa li nkunu qed nistennew biex niltaqgħu kollha bħala familja. Kull sena t-tradizzjoni tal-ikla għand in-nanna u l-familja materna u laqghat maz-zijiet u kuġini paterni jkomplu jikbru, għalekk din is-sena xtaqt li nagħmel xi ħaġa li tibqgħalna rikordju għall-fatt li mhux ser inkunu nistgħu niltaqgħu minhabba iċ-ċirkustanzi kif inhuma!"

"‘Do they know it’s Christmas’ hija waħda mill aktar diski tal Milied għal qalbi u għaldaqstant iddeċidejt li ningħaqad mal kugini tiegħi Diane, Bradley u Liam bil-produzzjoni u arrangamenti fil-vuċi ta' Aldo Spiteri wiċċ li xejn mhu ġdid fix-xena lokali! Din is sena minbarra in-negattivita li ġabet magħha il Covid-19, tlifna fjura mill-ġnien sabiħ tagħna, lill-kuġin Zakky u din ukoll xtaqt niddedikaha għalih għax naf li jkun miegħi kull hin tal ġurnata."

Maria Luana flimkien mal-band xtaqu joffru din il-kanzunetta anke bħala kuraġġ għall-ġejjieni. Din hi t-tama li għad nerġgħu lura għall-ħajja li kellna qabel. Prosit lil dawn l-artisti bravissimi! Nieħdu l-okkażjoni nsellmu l-memorja ta' Zakky. Strieħ fis-sliem għażiż.


Gwida.mt