Fi tmiem il-ġimgħa, il-band The Busker kellhom kunċert ġewwa Spazju Kreattiv. Tul dawn l-aħħar xhur, il-band għamlet diversi kollaborazzjonijiet ma' artisti varji inkluż ma' Matthew James u Raquel.

Dan ġara wara li f'Awwissu li għadda, il-band ħabbret li l-kantant tagħhom ħa jkun qed jieqaf minħabba raġunijiet personali. Il-band ħadmu fuq transazzjoni f'dan iż-żmien, kellhom kollaborazzjoni ma' artisti varji iżda issa wasal iż-żmien li jkollhom kantant regolari magħhom.

Jidher li l-għażla waqgħet fuq Dav.Jr. Il-kantant li kiseb fama fuq X Factor Malta iżda l-mużika tiegħu ilha tikseb suċċessi għal żmien twil. Il-band fuq il-paġna tagħhom ħabbru, "Qed nintroduċu l-membru permanenti l-ġdid tagħna Dav.Jr, li se jieħu r-rwol tal-kantant ewlieni u l-frontman!" Huma jżidu, "L-aħħar 6 xhur kienu ta' sfida imma aħna grati li wasalna għal dan."

Awguri Dav u awguri lil The Busker. Ninsabu ċerti li bit-talenti tal-membri kollha flimkien għandna nistennew mużika mill-aqwa fil-ġimgħat u xhur li ġejjin. Ninsabu verament ħerqana!

Facebook / Dav.Jr


Emil Calleja Bayliss