Mhux ħaġa li aħna mdorrijin naraw ġo pajjiżna, imma programmi bħal dawn barra minn xtutna saru kemm-il darba fejn il-familja kollha jkollha parti mill-programm. Wieħed mill-kbar nett fuq stil differenti huwa Keeping Up With The Kardashians.

Dak iżda huwa aktar bħala reality show, filwaqt li Family Affairs jaqa' aktar taħt il-ġeneru ta' lifestyle. Insomma qed nitkellmu dwar il-familja ta' Eileen Montesin, ir-raġel tagħha Mark u t-tifla Christine. Magħhom tingħaqad ukoll it-tifla ta' Christine, insomma verament Family Affair.

Fuq YouTube deher filmat ħelu ta' Mark ikanta kanzunetta, b'Eileen u Christine jagħmlu l-backing vocals u ż-żgħira ta' Christine tkanta biċċiet ħelwin man-nannu. Din ix-xena fakkritni f'xi xena mill-Milied fejn il-familja tingħaqad kollha f'daqqa u mhux l-ewwel darba jkantaw xi kanzunetta lkoll flimkien.

L-istess kunċett qed narawh grazzi għal Family Affair! Ngħiduha kif inhi, l-importanza li huma qed jieħdu gost u jagħtu gost... u kull min qed isegwi dan il-programm żgur qed jgħaddi siegħa żmien! Family Affair jixxandar kuljum bejn 15:30 u 17:30.


Emil Calleja Bayliss