Il-basket klassiku tad-ditta Chanel (magħruf bħala flap-bag) issa qabeż il-prezz ta' €10,000 għall-ewwel darba f'Pariġi! 

Minkejja d-domanda qiegħda tonqos għal prodotti bħal dawn, id-ditti lussużi xorta qed jagħżlu li jkomplu jgħollu l-prezzijiet, u anke ta' Chanel hekk għamlu. 

Iktar kmieni din is-sena stess, l-istess basket kien jiswa €9,700 u f'daqqa żdied il-prezz b'6.2%. Rappreżentant ta' Chanel spjega li l-prezzijiet jiġu bbażati fuq kemm jiġu jiswew lill-kumpanija. "Il-prezz tal-materjal u l-ispejjeż tal-produzzjoni kien ikkaratterizzat minn inflazzjoni kostanti matul is-sena li għaddiet, li wasslitna biex naġġustaw il-prezzijiet tagħna fil-boutiques."

Minkejja kollox, xorta ssib min jixtri dan il-basket klassiku b'dan il-prezz. Uħud jaraw il-prezzijiet esaġerati...Intom x'taħsbu?

Getty Images 


Marija Bellia