Ħafna qalu tagħhom wara l-famuża waqgħa waqt l-X Factor tal-Ħadd li għaddha, imma konna għadna ma smajniex mingħand il-protagonist prinċipali, Ben Camille. F’telefonata fuq Bay Breakfast ma’ Daniel u Ylenia, Ben tkellem fuq dak li ġara waqt il-ġbid tas-Six Chair Challenge.

Huma staqsewh jekk jinsabx tajjeb. Hu qal li ma kinitx l-intenzjoni li jisraq ix-xena, imma assigurahom li jinsab OK. Hu jgħid li ħass spalltu tuġgħu. Hu jgħid li kien hemm ħames sekondi, fejn beda jaħseb x’ħa jagħmel.

Hu qal li kien hemm ħafna nies mit-tim tal-produzzjoni li ġew jiġru sabiex jaraw li kollox sew u għenuh lura sabiex iqum u jerġa’ jitla fuq il-palk kif raw li kollox kien sew!

Facebook / Ben Camille


Emil Calleja Bayliss