Bħal-lum ġimgħa tibda s-sensiela Iż-Żagħka li ħa tkun qed tixxandar fuq NET TV kull nhar ta' Tnejn. It-tim tagħna skopra li b'xi mod jew ieħor, il-kantawtriċi Corazon, b'xi mod jew ieħor ħa jkollha xi tip ta' involviment f'din is-sensiela. 

Ritratt: Facebook / Iż-Żagħka

Provajna nitkellmu ma' wieħed mill-imħuħ wara din is-sensiela, Desier Debono li għalkemm ikkonfermalna l-aħbar ma xtaqx jgħidilna ħafna aktar. Kull ma qalilna hu li nhar it-tnejn niskopru l-involviment tagħha żgur. Il-mistoqsija tiġi weħdiha, x'ħa tkun qed tagħmel Corazon?

Aħna ħsibna fi tliet possibiltajiet, jew li Corazon ħa tkun waħda mill-kast ta' din id-drama, jew forsi li l-mużika tagħha ħa jkollha sehem importanti - forsi fil-mutaġġ jew inkella forsi waħda mill-kanzunetti tagħha ħa tkun is-sigla ta' din id-drama. 

It-tnejn huma possibli u nafu li Corazon mhux ħa tiddejjaq minn xi sfida ġdida. Imma għalissa jidher li ħa jkollna ndumu ftit ieħor bil-kurżita.

Facebook / Corazon Mizzi


Emil Calleja Bayliss