Claudia tistqarr magħna li f'dawn iż-żminijiet tkun verament imħabbta, infatti tgħidilna, "ma tantx narmaw id-dar, ħafna drabi nkunu barra inferħu lin-nies bil-mużika dawn iż-żminijiet għaldaqstant ma tantx ninqalgħu għall-armar."

Claudia magħna tgħid li l-isbaħ rigal li rċeviet kien, "sentejn ilu kienet l-ewwel ikla li qattajt mal-familja kollha, inkluż missieri li kien ġie għal btala mill-Istati Uniti, minn meta kont tifla żgħira. Dak kien Milied li bla dubju ta' xejn ma ninsa qatt. Kull Milied, li nkun nixtieq hija l-għaqda mal-maħbubin tiegħi, dak ikun l-isbaħ rigal għalija. Onestament."

View this post on Instagram

A post shared by Claudia Faniello (@claudiafaniello) on

Hi tkompli tgħidilna, "meta kont żgħira kienet tkun diffiċli għalija inqattgħa l-Milied bħal sħabi tal-iskola għaliex ommi kienet tkun xogħol u missieri insiefer, għalhekk ma tantx għextu dak is-sens ta' Milied bil-familja imdawra mal-mejda."

Il-ġurnata tal-lum, Claudia ħa tkun qed tgħaddih man-nies li għandha l-iktar għal qalbha, ovvjament ma tonqosx milli ssemmi lill-annimali domestiċi li llum jagħmlu parti mill-familja Faniello. Ma tonqodx video call ma' missierha f'dan il-jum.

View this post on Instagram

A post shared by Claudia Faniello (@claudiafaniello) on

Hi tagħlaq bil-messaġġ, "Nirringrazzja 'l Alla li ninsab b'saħħti u mdawra b'ħafna nies li jħobbuni u jriduli l-ġid." Għalaqna magħna b'mistoqsija sempliċi, staqsejnieha x'tixtieq f'dawn il-festi. "Ix-xewqa tieghi hija li l-bqija tan-nies ma jsoffrux is-solitudni dan il-Milied u jkunu b'saħħithom mentalment u fiżikament."

Claudia, onestament ma nistgħux insibu xewqa aħjar. Kultant l-inqas ħaġa hi l-iktar ħaġa prezzjuża. F'isem Gwida.mt nixtiequ nifirħu lil Claudia u dawk għeżież għaliha l-isbaħ xewqat f'dawn il-jiem ta' festi!


Emil Calleja Bayliss