Ma kinux ġimaħtejn faċli għall-parteċipanti femminili fuq Masterchef Malta. Il-ġimgħa li għaddiet assistejna għall-eliminazzjoni ta' Roberta u din il-ġimgħa nqalgħet Claire. Żewġ sfidi li kienu jinkludu l-ħelu.

Il-ġimgħa li għaddiet kienu l-isfineġ u din il-ġimgħa kien imiss il-figolli. Claire kienet dejjem tagħti platti tajbin, iżda l-kritika li kellha dejjem kienet li ma kellhomx livell elevat li jistennew fuq MasterChef.

B'hekk saret l-aħħar persuna li ġiet eliminata minn dan il-programm. Ir-riċetta tal-figolli tradizzjonali ma kinitx biżżejjed biex iżommha hemm għal ġimgħa oħra, minkejja li qalulha li l-figolla tagħha kienet tkun ideali għal ma' belgħa te, id-dar. 

X'taħsbu dwar l-eliminazzjoni ta' Claire minn MasterChef Malta?

Facebook / MasterChef Malta


Emil Calleja Bayliss