Il-paġna EuroPride 2023 għadha kif ħabbret li l-kantanta Amerikana Christina Aguilera se tkun qed tagħti kunċert hawn Malta aktar tard din is-sena.

Fil-fatt Aguilera ser tkanta fuq il-Fosos tal-Furjana waqt il-EuroPride Malta li se tittella’ għall-ewwel darba f’pajjiżna bejn is-7 u s-17 ta’ Settembru.  L-avveniment internazzjonali li jiċċelebra d-diversità imiss li jsir f'Malta, u din kienet aħbar eċitanti immens li Aguilera ħa tkun parti minnu. 

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg, waqt konferenza fi Pjazza Tritoni, ħabbret li l-kunċert ta’ Aguilera se jkun qiegħed jittella’ nhar is-Sibt, 16 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Floriana.

Mistennija tkanta fost l-aqwa suċċessi tal-karriera mużikali tagħha fosthom Say Someting, Lady Marmalade, Gennie in a Bottle, Beautiful, Reflection, Hurt, u Candyman.

Rebecca tgħid li Aguilera hi artista li dejjem kienet ta' vuċi favur l-għaqda u l-imħabba, kif ukoll magħrufa bħala ikona għall-komunità LGBTIQ+. Is-Segretarju Parlamentari wriet anke gratitudni lejn bosta artisti lokali li aċċettaw li jieħdu sehem f’dan il-kunċert.

Facebook/ Christina Aguilera


Kyle Zarb