Diskussjoni li tqum ħafna bosta drabi fost dawk li jħobbu l-annimali hi jekk wieħed għandux jaċċetta klieb fil-ristorant tiegħu. Dawk li jħobbu l-annimali jgħidu li iva, filwaqt li jkun hemm min jargumenta li mhux posthom.

L-artista lokali Cherylis, waqt il-programm Sibtek li jippreżenta Ryan Borg qalet li għalkemm hi sikkina li taqta' miż-żewġ naħat temmen li fejn ikun hemm ristoranti li jaċċettaw lill-annimali lilha ħa jarawha aktar iżda temmen li għandu jkun hemm għażla.

Hi tgħid li tapprezza l-opinjoni ta' dawk li jgħidu li jaħbsu li mhux posthom imma tħoss li qed tħalli parti minnha warajha, sentiment li jesprimih ukoll il-preżentatur Ryan. Jidher li l-imħabba ta' dawn it-tnejn lejn l-annimali hi kbira.

Aktar kmieni fil-filmat, Cherylis temozzjona ruħha meta Ryan isaqsiha dwar il-moħqrija li wieħed jisma' u jara minn żmien għal żmien imma hi temmen li dak li jkun xorta waħda jista' jinbidel u ma jibqax jagħmel dan l-att ikrah.

L-annimali jtuna kuntentizza f'ħajjitna u ħafna huma dawk li jħobbu jgawdu mill-kumpanija li joffru. X'taħsbu intom?


Emil Calleja Bayliss