Il-kummidjant James Corden ingħaqad mal-kantanta Kanadiża, Celine Dion fl-aħħar episodju speċjali tas-serje Carpool Karaoke. Ma setax jonqos li waqt din id-dawra ħelwa bil-karozza, it-tnejn li huma spiċċaw ikantaw uħud mill-akbar suċċess tal-kantanta.

Waqt li qed iduru t-toroq ta’ Las Vegas, Corden u Dio kantaw: It’s All Coming Back To Me Now, I Drove All Night u Because You Loved Me. Probabli għalkemm Celine Dion għandha dawn is-suċċessi kollha, wieħed mill-ikbar suċċessi tagħha tibqa’ l-kanzunetta My Heart Will Go On mill-film Titanic tal-1997.

Corden deher biċ-ċar li jrid jagħlaq bil-kbir hekk kif ftit wara li bdew ikantaw din il-kanzunetta ikonika, qal lil Dio li jħoss li hemm xi ħaġa li mhux qiegħda sew, xi ħaġa nieqsa. Kanzunetta bħal din jistħoqilha xi ħaġa ikbar. Dion bħal donnha taqbel miegħu u tgħidlu li għandha idea.

F’daqqa waħda minn madwar il-Funtani tal-Bellagio jidhru Corden u Dion, bl-istess ilbies ta’ Kate u Jack fit-titanic, flimkien jikkrejaw ix-xena famuża ta’ fuq il-bokka tal-vapur. Ovvjament il-koppja attirat ħafna segwaċi li waqfu jħarsu mistgħaġba għal dak li kienu qed jaraw quddiehomhom.

Fl-episodju, Dion turi kemm verament hi kapaċi tagħmel kollox drammatiku. Corden isaqsiha biex tkanta l-kanzunetta tat-tfal Baby Shark, bl-aktar mod drammatiku u Dion toħroġ bl-akbar unuri f’din l-isfida! Dion itemm il-kunċerti ta’ residenza tagħha ġewwa Las Vegas fit-8 ta’ Ġunju qabel tibda tour mondjali f’Settembru li ġej.


Emil Calleja Bayliss