Fuq il-paġna ta' MDT ġew ippubblikati ritratti li juru oġġetti maqbudin, bil-kawża li l-ilma jkompli jinġema fit-toroq tagħna wara xi maltempata fix-xita li tinqala'. Ix-xena mhix pjaċevoli xejn u turi kemm hemm oġġetti li jiġu mormijin barra.

Il-kummenti tan-nies ma naqsux, fejn kien hemm ħafna jikritikaw li ma sarx xogħol biżżejjed biex jitnaddfu dawk iż-żoni. Ħafna bdew jikritikaw iżda kien hemm dawk li saħqu li l-ħaddiema mhux qegħdin hemm biex iħallsu l-prezz għal kull wieħed u waħda irresponsabbli li jarmu barra.  

Fil-fatt ħafna mill-kummenti jgħidu kemm hawn nies li jaqbdu u jarmu barra, u hi propju dik hi r-raġuni li naraw xeni bħal dawn. Ħafna jħossu li tort tal-poplu li ma jridx jitgħallem li r-rimi barra hu nuqqas gravi li jbati għalih kulħadd.

Fil-fatt fuq diversi paġni fuq il-midja soċjali, fosthom Clean Malta, naraw il-ħidma ma tieqaf qatt ta' diversi ħaddiema li jkun xi jkun it-temp, tarahom jiddedikaw ħinhom u saħħithom għat-tindif ta' madwarna.


Kyle Zarb