L-awtoritajiet tas-saħħa fl-Ingilterra qalu li se joffru vaċċin booster tal-poljo lit-tfal ta’ bejn 1 u 9 snin f’Londra, wara li sabu evidenza li l-virus kien qed jinfirex f’diversi reġjuni tal-kapitali, minkejja li ma kkonfermaw l-ebda każ tal-marda paralitika fin-nies. 

Fi stqarrija nhar l-Erbgħa, l-Aġenzija tas-Sigurtà tas-Saħħa tal-Gran Brittanja qalet li sabet viruses tal-poljo derivati mill-vaċċin tal-poljo orali fl-ilma tad-drenaġġ f’Londra, iżda ma ġie identifikat l-ebda każ.

Fi Tweet huma qalu, "bħala parti mir-rispons kontinwu għall-#poliovirus misjub fid-drenaġġ ta' Londra, il-JCVI ta parir li t-tfal kollha f'Londra bejn l-1 u d-9 snin għandhom jieħdu vaċċin kontra l-poljo issa. L-NHS se jikkuntattja lill-ġenituri meta jkun wasal iż-żmien għat-tilqim jew booster tal-poljo tat-tfal tagħhom.”

Minn analiżi tal-kampjuni tal-virus ssuġġeriet li t-trażmissjoni marret lil hinn minn netwerk mill-qrib ta’ ftit individwi, iżda li ma sabet lil ħadd infettat bil-virus. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, wieħed minn kull 200 infezzjoni tal-poljo bidd twassal għal paraliżi; ħafna nies ma juru l-ebda sintomi.

Twitter/@PN_News_EN


Gwida.mt