Fuq il-mezzi soċjali tiegħu, dalgħodu Bjorn Formosa sellem il-memorja ta' wieħed mir-residenti ġewwa Dar Bjorn. Strieħ fis-sliem Joe. B'niket inħabbru l-mewt ta' Joe Xerri, wieħed mill-ewwel residenti ta' Dar Bjorn li tilef il-battalja tiegħu.

Ritratt: Facebook / Bjorn Formosa

Bjorn jgħid li Joe kien persuna oħra li ġġieled kontra din il-marda kiefra. Hu jagħmel appell mill-ġdid biex kulħadd jgħin sabiex inkomplu l-ġlieda kontra din il-marda terribli. Xarabank, tal-25 t'Ottubru ħa jkun qed jiġbor il-fondi sabiex ikomplu jiġbru l-flus għal Dar Bjorn 2, ikbar u aktar ġdida.

Wieħed jista' jibgħat messaġġ fuq 50618936 għal donazzjoni ta' €6.99 jew fuq Revolut fuq +35679209420. Bjorn itemm il-messaġġ tiegħu billi jirringrazzja lil dawk kollha li qed juru s-sapport f'din il-missjoni.

Facebook / Bjorn Formosa


Emil Calleja Bayliss