L-ewwel ta xebgħa lil anzjana tant li qatilha, spiċċa l-ħabs u daruh! Dan kollu ġo produzzjoni waħda! Jamie Cardona qed iqaxxar il-parti ta' Alex fil-produzzjoni Larinġa Mekkanika. Din hija produzzjoni ibbażata fuq il-ktieb A Clockwork Orange li nkiteb fl-1962 u għandu relevanti sal-ġurnata tal-lum. Anzi pjuttost ngħidu li aktar!

L-istorja li ġiet maqluba għall-Malti minn Wayne Flask, iddur fuq żagħżugħ li flimkien mal-gang tiegħu jagħmlu att ta' reati għall-gost. Alex, jispiċċa l-ħabs u minn hemm jibdew isiru esperimenti biex ifejquh mill-kilba għall-vjolenza. 

Id-direzzjoni ta' din il-produzzjoni kienet fdata f'idejn Sean Buhagiar, fejn reġa' uriena l-kapaċitajiet tiegħu bħala direttur. Produzzjoni li taraha minn fejn taraha se tara xi ħaġa differenti. Dan għaliex fil-Valletta Campus Theatre l-atturi jirreċtaw man-nies. Dan iġib sens ta' aktar intimità bejn l-atturi u l-udjenza. Ħaġa li għoġbitna mmens kien l-użu tal-projections li għaddejjin LIVE fuq l-iskrins imdawrin mat-teatru. 

Jamie fil-parti ta' Alex jirnexxielu jgħaddina minn vjaġġ ta' żagħżugħ ta' 16-il sena li l-udjenza tara jikber u jinbidel sakemm jagħlaq 19. Jamie jerġa' jfakkarna ftit fil-kapaċitajiet tiegħu bħala kantant. F'din il-produzzjoni stenna minn kollox! Minn sewqan eċċessiv, sess, esperimenti xjentifiċi u vjolenza. Produzzjoni fejn kull xena iddaħħlek ġo qoxortek u tgħinek tirrealizza x'inhu għaddej minn moħħ żagħżugħ vjolenti. 

Matul l-produzzjoni naraw diversi props maħdumin apposta għal din il-produzzjoni! Fosthom banju fejn l-attur prinċipali jinħasel ġo fih!

Siġġu tar-roti mekkanizzat!

Anke stretcher kien hemm!

Id-dawl u l-mużika huma parti essenzjali minn din il-produzzjoni. Produzzjoni b'effetti speċjali u b'mużika li tqabbdek eċitament kbir!

Produzzjoni artistika bi storja li ġġiegħek tomgħod ftit u tagħżel jekk intiex qiegħed man-naħħa taż-żgħażugħ li jagħżel li jagħmel il-vjolenza jew ma' żgħażugħ li ma jistax jagħżel li ikun vjolenti anke jekk jixtieq. Tħawwadt? Hekk xtaqt għax nixtiqukom li taqtu l-kurżità kollha billi taqta' l-biljett tiegħek. 

Allura xi ġralu Jamie Cardona? Jamie lbieraħ ħareġ bl-unuri tal-aktar attur żagħżugħ versatili li pajjiżna għandu fil-mument. 

Baqa ftit biljetti, jekk interessat mela afgħas HAWN.


Anthony Baldacchino