Footloose huwa klabb taż-żfin u bar f’Paceville li bosta żgħażagħ għamlu l-memorji tagħhom hemm. Iżda f’ritratt żvelat fuq il-midja soċjali, jidher li l-klabb żarma kompletament. Iżda x’se jsir minnu eżatt?

footloose

Fuq Reddit, hemm bosta qed jiddiskutu x’jista’ jkun li qed jiġri. Persuna qalet li probabbilment il-klabb falla wara li kellu jagħlaq minħabba l-pandemija. Persuna oħra qalet li qed jiġi renovat u se jkun lura magħna b’mod aħjar.

Ħaddieħor qed jassumi li se jitwaqqa’ u jinbena f’appartamenti. X’se jiġri eżatt minn Footloose? Tgħid vera se jitwaqqa’?

Myguidemalta


Nicole Barbara