Amanda Spiteri Grech tefgħet żewġ ritratti li joħduna kważi ħmistax-il sena ilu. Jidhru faċċata u artiklu dwar il-programm li ħafna minnkom ċert li jiftakru, KO.

Flimkien ma’ Joe Tanti hi kienet tippreżent dan il-programm taħt id-direzzjoni ta’ Gino Cauchi. L-udjenza laqgħetu tajjeb ħafna tant li kien magħruf bħala dak il-programm li ħabbatha ma’ Xarabank f’dak iż-żmien. 

Fil-kummenti bosta kienu li kkummentaw fosthom Maria La Barokka, Janice Briffa kif ukoll id-direttur Gino Cauchi. Gino jgħid li “Imn’Alla kelli tim brillanti li emmen f’din il-ġennata biex wettaqna”. Joe Tanti ukoll ikkummenta dwar din il-memorja u jsejjaħ lill-programm KO bħala “xogħol bis-sens”. 

Hawn xi ħadd ma jiftakarx dan il-programm?!


Kyle Zarb