Il-karattri f'TA' GERIT huma lkoll maħbuba mit-telespettaturi għall-fatt li hemm ċertu għaqda bejniethom, speċjalment fejn jidħlu Lino u l-Madam. Fl-episodju li għadda rajna lill-Madam tiskopri s-sorpriża li Lino, Maria u l-bqija preparawlha.

"Xi ħsibt Lis, li se ninsa li għandek il-Birthday?," jgħidilha Lino waqt li jagħtiha bewsa fuq ħaddejha. Preżenti kien hemm il-karattri li tant serqu l-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin waqt din is-sensiela. Maria tgħid lill-Madam li kien kollu xogħol Lino dik is-sorpriża.

Araw il-mument ħelu hawn taħt fil-filmat u erġgħu segwu l-episodju li għadda HAWN


Kyle Zarb