Waqt il-programm Illum ma' Steph, il-preżentatriċi Steph laqgħet lill-koppja li tant iħobbuha t-telespettaturi kollha.

Huma tkellmu dwar kemm japprezzaw ix-xogħol ta' xulxin, però Steph semmiet telefonata li rċeviet darba fost l-oħrajn waqt li kienet għaddejja bl-impenji tagħha.

 Steph issemmi kif kienet qed issuq fi triqtha lejn post partikolari, u rċeviet telefonata minn wieħed Indjan. Apparti minn hekk, uriet il-famuża candid li t-tim ta' Illum ma' Steph għamel lil Josmar.

Josmar irċieva telefonata taparsi minn telespettattriċi li xtaqet tawguralu u ferħitlu għax-xogħol tagħhom waqt Sibtek. Ħaġa kienet iddejjaq lilha u lit-telespettaturi qalet, li Ryan ġieli qas jagħtih ċans jitkellem!

"Waħdek qiegħed jew hemm Ryan miegħek?... Għax marelli qas itik ċans titkellem ġieli, u mhux qed ngħidha jien biss ġifieri... ma rridekx tieħu għalik jew hekk..." Josmar bla dubju ma stennihiex xi ħaġa hekk.

Araw ir-reazzjonijiet tiegħu!


Kyle Zarb