Huwa rari ħafna li tara missier u iben ikantaw flimkien, b'mod speċjali fix-xena lokali. Għalhekk, dwett li kantaw flimkien L-Avukat Bernard Grech flimkien ma' ibnu Neil nhar is-Sibt li għadda waqt kunċert ta' mużika Taljana bilfors li emozzjona lil ħafna minn dawk li xtraw il-biljett u attendew għal dan il-kunċert.

L-Avukat magħruf Bernard Grech huwa speċjaliżżat fil-liġijiet tal-familja u għalhekk m'għandniex dubju li jara ħafna problemi relatati mal-ħajja familjari ta' ħafna nies. Ovvjament joħroġ ikbar il-kuntrast meta hu stess esperjenza dan il-mument ta' mħabba għall-mużika ma' ibnu.

Facebook / Bernard Grech

Minn naħa l-oħra ibnu Neil huwa fotografu bravu immens li kiseb ukoll ħafna unuri, apparti li hu kantant b'vuċi versatili ħafna.

Neil

Facebook / Neil Grech

Is-Sibt li għadda interpretaw flimkien dwett li sar famuż permezz ta' Andrea Bocelli u t-tifel tiegħu Matteo bl-isem ta' Fall On Me. 

F'post li kiteb fuq Facebook, Bernard xtaq jirringrazzja 'l ibnu ta' dan il-mument speċjali u qallu bl-ikbar imħabba kemm għad jinsew tant affarijiet, imma jibqgħu jiftakru dan il-mument fejn kantaw din l-għanja bejniethom.

Segwu l-filmat u għidulna x'taħsbu:

Facebook / Bernard GRech


Neville Refalo