Waqt il-programm ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, Serataron, rajna wiċċ li għal dawk li kienu jattendu l-festival Maltasajf fis-snin 80 huwa familjari.

Dan mhu ħadd ħlief Alfie Fabri, li kien ikun preżenti għal dan il-festival u kien ukoll jintervista n-nies li kienu jattendu.

Minħabba li Alfie kien mistieden fuq il-programm, waqt il-logħba ‘Aqrali Xuftejja’, waħda mis-sentenzi li kellhom jaqtgħu l-parteċipanti kienet “Kukkudrilli kbar, iljunfanti żgħar”, li hija biċċa mil-lirika tal-kanzunetta Lukanda Kalifornja, verżjoni Maltija ta’ Hotel California mill-grupp Triccas, li żgur kienet għal qalb dawk li kienu jattendu dan il-festival.

Il-parteċipanti, flimkien ma’ Ron, Jacqui u r-Ronnies reġgħu taw ħajja lil din il-kanzunetta billi kantawha flimkien fuq il-programm.

 


Henzley  Bezzina