Il-preżentatur Joe Tanti kien mistieden waqt il-programm Bundytime nhar is-Sibt li għadda, u rrakkonta praspura minn tiegħu. Ġara li kellu l-eżami tal-orali l-iskola, fejn ikun hemm taħdit aktar milli kitba. 

Joe jgħid li ma kienx preparat għalih, u għaldaqstant iddeċieda li jirreċta taparsi ma jistax jitkellem għax marlu leħnu. Kulħadd emmnu u sħabu bdew anke jieħdu ħsiebu. Il-biċċa ħadmet sakemm skopra missieru, li kien jaf lis-surmast sew.

Wara li spjega lil missieru dwar din il-biċċa xogħol, Joe kellu jkompli jaħdem il-parti. "Tant sfurzajt li telaq vera leħni!" jgħid Joe. Segwi aktar:


Kyle Zarb