Titħajjar tixxemmex taħt il-baħar flok fuq xi bajja jew fuq il-blat?! Filmat li xerred Raniero minn Raniero's Adventures waqt waħda mill-avventuri tiegħu taħt l-ilma, juri diversi deckchairs li mid-dehra ġew mormija fil-baħar.

Minkejja mhix xi ħaġa sabiħa u ta' gost li jibqgħu jinstabu dawn l-ammonti ta' oġġetti kbar taħt il-baħar, Raniero jagħti laqta umoristika lil din l-iskoperta hekk kif jikteb avviż li ser jinfetaħ spazju taħt l-ilma biex wieħed joqgħod jirrilassa fuq id-deckchairs b'differenza. 

Madanakollu, Raniero jikteb ukoll li d-deckchairs kienu ser jiġu mneħħija, għat-titjib tal-ambjent tagħna. "Din iż-żona se titniżżel fuq l-aġenda għat-tindif li jmiss, fejn 8 sunbeds se jitneħħew u jittellgħu fuq l-art." Prosit Raniero talli qed tkun parti mill-kuxjenza biex wieħed ikun responsabbli u jaqbadx u jarmi oġġetti fil-baħar tagħna!


Kyle Zarb