Illejla, il-mistiedna ta' Serataron, mhuma ħadd ħlief Amber, John Bundy u l-Lapes. Bi tliet kantanti hemm, ma jistax jonqos li ħa naraw xi ftit kanta. Eh, u John Bundy jidher li ħa jkun qed jagħtina l-klassika tiegħu Pajjiż Tal-Mickey Mouse!

Insomma, imma donnu l-iktar parti eċitanti tal-programm ħa tkun it-tisbita li ħa jibla' Ron mingħand Amber. Jekk tridu tifhmu eżatt fuq xiex qed nitkellem, idħlu araw il-filmat t'hawn taħt! Qed nipprovaw nifhmu x'kien qed jagħmlu eżatt, imma probabbli ħa jkollna niskopru aktar fil-programm tal-lejla!

Irranġajtu għall-frisk Amber, x'waħda bela' Ron miskin! Tgħid din tal-għeluq sninu kienet?

View this post on Instagram

A post shared by SERATARON (@serataron)

Facebook / Ronald Briffa


Emil Calleja Bayliss