Il-kantanta Maxine Pace illum tagħlaq 20 sena, aktar kmieni din il-ġimgħa familjari u ħbieb iltaqgħu fi stabbiliment lokali sabiex jagħtu sorpriża ħelwa lil kantanta. Peress li dan kien ftit jiem qabel il-ġurnata speċjali tagħha, il-kantanta ftit li xejn assumiet x'hemm mistenni għaliha meta waslet ma' tnejn minn sħabha.

Il-fatt li għattewlha għajnejha probabbli ħassibha xi ftit imma deheret emozzjonata b'din is-sorpriża u mill-ewwel marret tgħannaq lil missierha. Wara imbagħad kompliet ma' sħabha... u ċertament li kellhom lejla divertenti lkoll flimkien. 

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Maxine, l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali u nawgurawlha aktar u aktar suċċessi fil-karriera mużikali tagħha. Dejjem inkunu ħerqana sabiex naraw biex ħa toħroġ din l-artista. 

Instagram / Maxine Pace


Emil Calleja Bayliss